Monday, October 28, 2024

Irlandiża maqtula fi sparatura f’residenza fi New York

Aqra wkoll

Denise Morgan, li oriġinarjament kienet minn Tullyallen f’County Louth, instabet mejta fis-sigħat bikrin tas-Sibt filgħodu.

Id-Dipartiment tal-Pulizija ta’ New York (NYPD), qal li raġel u mara ntlaqtu b’tiri ta’ arma tan-nar f’rashom. Kemm ir-raġel kif ukoll il-mara kienu ċċertifikati mejta fuq il-post.

L-NYPD ikkonferma ukoll li “ġiet irkuprata arma tan-nar li kienet fil-viċinanzi tar-raġel mejjet.” Il-familjari ta’ Morgan esprimew is-sogħba tagħhom għat-telfa tagħha, filwaqt li qalu li jinsabu “qalbhom maqsuma”.

Id-Dipartiment tal-Affarijiet Barranin tal-Irlanda qal li jinsab konxju tal-każ u qed jipprovdi l-assistenza meħtieġa. 

Sport