Wednesday, December 11, 2024

Irraportati 91 każ ta’ Vjolenza Domestika f’Għawdex matul is-sena li għaddiet

Aqra wkoll

Matul is-sena li għaddiet ġew irraportati 91 każ ta’ vjolenza domestika f’Għawdex filwaqt li f’Malta kien hemm 2071 każ.

Dan ħabbru l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri fil-Parlament waqt li kien qiegħed iwieġeb Mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Alex Borg.

Fit-tweġiba tiegħu l-Ministru Camilleri qal li “l-Korp tal-Pulizija waqqaf il-Gender based and domestic violence unit fi ħdanu sabiex is-servizz offrut ikun aktar speċjaliżżat. Infurmat li il-Korp qiegħed preżentament jaħdem sabiex iwaqqaf tim ta’ uffiċjali sabiex jindirizzaw każijiet ta’ vjolenza domestika ġewwa Għawdex. Infurmat li matul is-sena 2023 f’ Għawdex ġew rapurtati 91 każ ta’ vjolenza domestika u 2071 każ f’ Malta.”

Ekonomija

Sport