Oliver Scicluna wara li ħa l-ġurament bħala membru Parlamentari qal li “nixtieq nirringrazzja lill-Prim Ministru tal-fiduċja li wera fiha.
Huwa qal li bħala kummissarju ħass li qdejt dmiri b’lealtà lejn il-persuni b’diżabbilità mingħajr ma ħares lejn uċuħ u lejn kuluri.
Huwa żied jgħid li onestament irid jaħdem mad-deputat taż-żewġ naħat tal-Kamra.