Wednesday, April 24, 2024

“Yupp” għal Jason… “Grande” għal Delia barra l-Qorti

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Minkejja li l-kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qal li qed jappoġġja lil Adrian Delia fil-kawża li fetaħ dwar l-isptarijiet, l-ebda deputat ma deher fis-seduta li żvolġiet aktar kmieni dalgħodu.

Fi tmiem is-seduta nzerta ħareġ Jason Azzopardi mill-Qorti u barra kien hemm grupp ta’ nies tal-fazzjoni Adrian Delia. Malli lemħuh spikka għajjat u frażijiet bħal “Yupp”. Min-naħa l-oħra, xħin ħareġ Delia, spikka ċ-ċapċip minn dawk in-Nazzjonalisti ta’ favurih li rreferew għalih bħala “grande”.

Jason Azzopardi kien fost dawk li l-aktar li baqa’ jaħdem biex jinbidel l-eks kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia.

Sport