Saturday, December 21, 2024

“Irrid nirkupra saħħti biex nerġa’ nkun magħkom” – Amanda Spiteri Grech

Aqra wkoll

Il-kandidata Laburista fuq it-tieni u r-raba’ distrett Amanda Spiteri Grech qalet li qatt ma ħasbet li fl-aktar ġimgħa impenjattiva tal-kampanja elettorali kienet se tkun indisposta minħabba raġunijiet ta’ saħħa. 

F’messaġġ li qasmet fuq il-midja soċjali fl-aħħar sigħat, hija qalet li wara intervent li għamlet, għandha bżonn ftit jiem ta’ mistrieħ. 

“Irrid nirkupra saħħti biex nerġa’ nkun magħkom. Kelli u għad għandi l-enerġija biex nagħti l-kontribut tiegħi u nservikom. Għalhekk se nkun qed naħdem xorta b’qalbi u b’ħilti kollha mid-dar u ħa nibqa’ nkellimkom permezz tal-mezzi soċjali u t-telefonati.”

Żiedet tgħid: “Nammetti li f’dawn il-jiem tibda tara kollox ġej bil-maqlub. Iżda dan jagħmilni iktar b’saħħti. Se nibqa’ nissielet għad-drittijiet tal-poplu Malti u Ghawdxi. Irrid nara lil kull persuna u lill-familji tagħna jimxu u jiksbu aktar. Nhar is-Sibt li ġej għandi bżonn il-fiduċja tiegħek.”

Fl-aħħar nett hija qalet li kull min jixtieq jagħmel kuntatt magħha jista’ jagħmel dan  permezz ta’ Facebook jew dirett fuq Whatsapp jew ċempel fuq 79518086.

Ekonomija

Sport