Friday, May 3, 2024

“Irridu infrastruttura li tkompli tilqa’ għall-ħtiġijiet tal-lum, tal-futur u f’ċirkostanzi estremi” 

- il-Ministru għall-Enerġija, Miriam Dalli

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

“Irridu li l-infrastruttura ta’ pajjiżna tkompli tilqa’ għall-ħtiġijiet tal-komunitajiet tagħna, illum u fil-futur, anke f’ċirkostanzi estermi bħat-temperaturi għoljin li rajna s-sajf li għadda minħabba t-tibdil fil-klima. Il-Gvern qiegħed iwettaq pjan fit-tul biex niżguraw l-affidabilità, ir-reżiljenza u s-sostenibilità tal-ġenerazzjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku f’Malta u Għawdex”.

Hekk saħqet il-Ministru għall-Enerġija, Miriam Dalli, f’kumment li tat lil dan is-sit, dwar il-proġett estensiv li għaddej bħalissa f’pajjiżna ta’ tqegħid ta’ cables tal-elettriku ġodda f’diversi lokalitajiet.

F’inqas minn tliet xhur l-Enemalta żiedet 38 kilometru ta’ cables ġodda taħt l-art mas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku tal-pajjiż, bħala parti mill-akbar investiment tax-xorta tiegħu fl-infrastruttura nazzjonali.

Dan ix-xogħol estrensiv tħabbar mill-Ministru għall-Enerġija Miriam Dalli, waqt li ltaqgħet ma’ wħud mill-ħaddiema tal-kumpanija li bħalissa qegħdin jaħdmu fuq proġett simili fil-Mosta. 

Il-Ministru Dalli qalet li l-Enemalta għaddejja b’ħidmiet kbar biex issaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni fejn, sas-sajf, se tkun żiedet aktar minn 70 kilometru ta’ cables ġodda f’ħafna lokalitajiet.

Hija żiedet li, “dan filwaqt li se tkompli l-pjan tagħha biex kull sena żżid aktar substations ġodda, tkabbar u timmodernizza dawk eżistenti u ssaħħaħ in-network ta’ cables u linji li jwasslu l-elettriku mis-substations għad-djar, negozji u klijenti oħrajn. Dan filwaqt li qegħdin nippjanaw aktar investiment f’ċentri tad-distribuzzjoni ġodda u oħrajn eżistenti li jeħtieġ inkabbruhom.”

Xogħol għaddej f’diversi lokalitajiet

Il-Ministru Dalli, akkumpanjata mis-Sindku tal-Mosta Chris Grech, spjegat li x-xogħol ta’ tqegħid ta’ cables ġodda għaddej f’diversi lokalitajiet, fosthom f’Ta’ Qali, f’Ħal Far, Ħal Għaxaq, il-Gudja, il-Kalkara, Ħal Luqa, il-Mosta, l-Imtarfa, ix-Xlendi, in-Nadur, in-Naxxar, ir-Rabat Malta, ix-Xgħajra, Ħaż-Żabbar u ż-Żurrieq. Barra minnhekk, aktar kmieni din is-sena, tlestew ukoll xogħlijiet simili f’Ħal Kirkop, Bormla u l-Fgura.  

F’dawn ix-xogħlijiet li qegħdin isiru b’kollaborazzjoni bejn l-Enemalta, Infrastructure Malta u Transport Malta, qegħdin jitqegħdu aktar minn 70 kilometru ta’ cables ġodda ta’ 11-il kilovolt.

Fir-rigward, il-Ministru Dalli qalet li, “il-pjan tagħna huwa li jkollna 70 kilometru ta’ cables madwar il-pajjiż biex insaħħu s-sistema tad-distribuzzjoni u naraw li jkollna sistema aktar inforzata. Fil-fatt għaddej ix-xogħol għaddej u għaddej b’ritmu mgħaġġel ħafna.”  

Iċ-Chairperson Eżekuttiv tal-Enemalta, Ryan Fava, min-naħa tiegħu spjega li l-kumpanija mhux biss qiegħda tagħmel dan ix-xogħol iżda, tlestew ukoll madwar 10 substations ġodda kif ukoll tjiebu disa’ substations b’upgrading tat-transformers. 

Tajjeb li nsemmu li flimkien ma’ dawn is-substations, ġew installati wkoll madwar 23 feeder li joħorġu minn substations ħalli tissaħħaħ l-infrastruttura tal-elettriku f’pajjiżna. 

Sport