Saturday, April 27, 2024

Jinżamm arrestat mixli li saq għal fuq il-karozza tal-eks-sieħba u aggrediha

Aqra wkoll

Tarek Khodr, żagħżugħ ta’ 29 sena mill-Ħamrun inżamm arrestat, mixli b’akkużi ta’ vjolenza domestika, sewqan perikoluż, li kiser il-paċi pubblika u li kien riċediv.

Hu ġe mixli li jumejn ilu, f’Birkirkara, ikkawża biża lill-eks sieħba tiegħu, li heddida, li kkaġunalha ġrieħi ħfief u li għamillha ħsara fil-vettura.

Fil-Qorti, ppreseduta mill-Maġistat Caroline Farrugia Frendo, l-imputat wieġeb li mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih, bid-Difiża għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest, liema talba ġiet miċħuda minħabba n-natura tar-reat.

Sport