Sunday, December 22, 2024

“Irridu naħdmu ferm iktar sabiex l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol jitnaqqsu jekk mhux jiġu eliminati”- Il-Ministru Clint Camilleri

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

“L-element ta’ riskju f’dan is-settur qiegħed hemm, anke minħabba n-natura tax-xogħol. Irridu naħdmu ferm iktar sabiex l-inċidenti jitnaqqsu jekk mhux jiġu eliminati. Wara l-inkjesta ta’ Jean Paul Sofia, xammarna il-kmiem u qed inkomplu nagħmlu riforma f’dan is-settur. Kien dan il-Gvern, li għalkemm jiġi ikkritkat, ħadembex jirriforma s-settur tal-iżvilupp wara snin sħaħ ta’ telqa”.

Qal dan il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri waqt li fil-Parlament kienu qed jiġu diskussi l-estimi ta’ dħul u nfiq fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar għas-sena 2024. Camilleri qal ukoll li jemmen li l-qasam tal-ippjanar f’pajjiżna ħoloq diskussjoni estensiva u li f’xi waqtiet inħolqu wkoll sitwazzjonijiet polemiċi.

B’referenza għall-pajjiżna, il-Ministru qal li Malta tissorprendih, hekk kif l-ekonomija li maż-żmien, qed tkompli tikber b’ċifri li qed jiġu anke imfaħħrin minn diversi esponenti barranin. Żied jgħid li dan mhux qed jgħidu hu biss, iżda anke istituzzjonijiet Ewropej.

Dwar l-ekonomija, huwa qal; “L-ekonomisti f’pajjiżna qed jsostnu li Malta fis-sentejn li ġejjin, se jkollha tkabbir ekonomiku u li se jibqa’ pajjiż b’saħħtu Għaldaqstant, meta wieħed jitkellm fuq l-ippjanar ta’ pajjiżna, wieħed irid ukoll ipoġġu fuq il-miżien, kif dan irid. jieħu xejriet għal bħalissa u għaż-żmien li ġej”.

Fid-diskors tiegħu, semma wkoll il-policies tal-ippjanar u l-viżjoni ta’ Malta f’dan is-settur huwa ferm importanti. Fil-fehma tiegħu, jemmen li rridu nitilqu mill-punt tat-tluq, jiġifieri li l-pajjiż ikun għaraf dak li hu meħtieġ kemm għal bħalissa, kif ukoll għall-futur qarib.

Enfasizza li jemmen li jkun qed jonqos jekk wieħed iwarrab it-tagħlimiet li ttieħdu tul il-medda tas-snin. Żied jgħid; “Nenfasizza li huwa importanti li nanalizzaw fid-dettall id-deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu anke minn diversi istiuzzjonijiet f’pajjiżna u. dan fl-isfond ta’ policies jew deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu minn żmien għall-żmien”.

Stqarr li jrid ikollna żvilupp li jagħmel unur lis-soċjetá tal-lum u lill-ġenerazzjonijiet futuri. Dwar is-settur, kompla jispjega li dan huwa settur li direttament jew indirettament, jagħti l-għejxien lill-eluf ta’ ħaddiema. Qal li dan l-aħħa f’pajjiżna, kien hemm żieda sostanzjali fl-żvilupp.

Kompla jgħid li dan juri l-fiduċja illi n-negozjant għandu fuq l-andament ekonomiku ta’ pajjiżna u dan ma jinkludiex biss propju n-negozjant Malti li jaħdem b’tant għaqal, imma anke għall-fatt li pajjiżna kull ma jmur qed ikompli jattira lejh aktar investiment barrani li qed isibu art fetili li joperaw.

Fid-diskors tiegħu, il-Ministru irrimarka; Dan kollu wassal u qed wassal biex pajjiżna jesperjenza attivita awmentata u b’saħħitha f’dan il-qasam. Xhieda ta’ dan huma n-numri ta’ applikazzjonijiet li ġew sottomessi fi ħdan l-Awtoritá tal-Ippjanar, numru li żgur ħadd ma jista jmerihom u li rajna żeda anke f’dawn l-aħħar snin u propju dan kien frott tal-iżvilupp ekonomiku b’saħħtu li pajjiżna esperjenza”.

Irrefera wkoll għall-passat, fejn qal li lura għall-2006, kien hemm biċċa art kbira li ngħatat għall-iżvilupp u li din l-istess art baqgħet mhux mittiefsa għas-sempliċi raġuni li l-ekonomija ta’ Malta dak iż-żmien kienet staġnata.

Temm jgħid li minkejja li l-Gvern għamel ħafna fejn jidħlu inċnetivi, appella li l-Gvern jista jkompli jinċentiva aktar dan is-settur sabiex jagħmel qabża ta’ kwalitá. Qal ukoll; “Dan sabiex ukoll l-istess settur jaqbillu anke finanzjarjament li jmur għal din id-direzzjoni sabiex ikollna bini kif suppost ġewwa pajjiżna”

Ekonomija

Sport