Friday, June 21, 2024

Euro 2024: Il-Ġermanja jsiru l-ewwel team li jikkwalifika għall-Aħħar 16

Aqra wkoll

ĠERMANJA…….. 2

UNGERIJA……… 0

Il-Ġermanja saru l-ew­wel team li kkwalfika għall-Aħħar 16 tal-Euro 2024 meta fit-tieni partita tal-Fażi tal- Gruppi għelbu lill-Ungerija bl-iskor ta’ 2-0.

Appena għaddew 18-il sekondi, il-goalkeeper Ġermaniż, Manuel Neuer, kellu joħroġ minn postu biex innewtralizza lil Barnabas Varga wara żball ta’ Antonio Rudiger hekk kif l-attakkant Ungeriż deher li seta’ jiftaħ l-iskor.

U fis-seba’ minuta, kellu jkun Maximilian Mittelstadt biex imblokka lil Bendeguz Bolla li seta’ għamel il-ħsara minn azzjoni ta’ cor­­ner.

Peró, ħames minuti wara kellu jkun il-goalkeeper, Peter Gulacsi, li wettaq save kbir fuq Kai Havertz meta dawwar f’corner.

U mill-istess corner, Bolla salva bir-ras it-tentattiv ta’ Toni Kroos, bil-ballun ikun immirat lejn il-lasti. 

Fit-22 minuta, il-Ġermaniżi fetħu l-iskor meta Ilkay Gundogan irċieva l-ballun iżda għamel kuntatt mad-difensur Ungeriż, Willi Orban, li waqa’ mal-art,  għadda l-ballun lejn JAMAL MUSIALA li kompla għal ġewwa biex skorja t-tieni goal personali f’dan it-tournament.

Il-players Ungeriżi pprotestaw bl-aħrax fejn sos­tnew li kien hemm foul waqt l-eżekuzzjoni tal-goal iżda kien kollox normali għat-terna arbitrali … kif ukoll għall-VAR. 

Fit-28 minuta, Neuer reġa’ kien providenzjali għat- team ospitu meta wettaq save b’titjira spettakolari mill-free-kick ta’ Dominik Szoboszlai iżda mir-rebound, Bolla naqas li jixħet il-ballun ġewwa.

Fil-41 minuta, it-team immexxi mill-coach, Julian Nagelsmann, resaq viċin li jirdoppja meta minn azzjoni ta’ corner, Toni Kroos xeħet cross insidjuż u fit- tentattiv li jikklerja, Barnabas Varga, kien se jikkommetti auto-goal.

Fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima, l-Ungeriżi ħasbu li kisbu d-draw minn Roland Sallai mill-free-kick ta’ Szoboszlai iżda ġiet senjalata pożizzjoni ta’ offside fil-pro­ċess tal-goal.

Fis-60 minuta, l-Ungeriżi fallew ċans tad-deheb meta mill-cross ta’ Roland Sallai, Barnabas Varga xeħet għoli minn taħt il-lasti.

Ta’ dan in-nuqqas huma pattew qares minħabba li seba’ minuti wara, il-Ġermaniżi rduppjaw meta az­zjoni bejn erba’ players, spiċċat għand Maximilian Mittelstadt li mix-xellug għadda lejn ILKAY GUNDOGAN li b’xutt fil-baxx għeleb lil Gulacsi.

Fis-86 minuta, il-Ġermaniżi resqu viċin it-tielet goal meta mill-cross ta’ Toni Kroos, id-daqqa ta’ ras ta’ Niclas Fullkrug spiċċat ftit barra minn tarf il-kaxxa ż-żgħira.

Fit-89 minuta, Kroos  sal­­va minn fuq il-linja fatali t-tentattiv ta’ Martin Adam wara li l-goalkeeper Ġermaniż naqas li jaħtaf il-ballun.  

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport