Jintbagħat sena ħabs wara li nstab ħati li agredixxa salesman waqt li kien qed jisraq żarbun

0
148

Kolumbjan ta’ 28 sena ġie kkundannat sena ħabs wara li tressaq il-Qorti mixli li weġġa’ salesman meta daħal u seraq żarbun minn ħanut fil-Belt.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Darly Borg, ġie spjegat li l-każ seħħħ fid-29 ta’ Jannar ta’ din is-sena, meta allegatament Johan Armandi Sanchez Arias daħal jisraq minn ġo ħanut u allegatament agredixxa salesman.

L-Ispettur Borg spjega li s-salesman kien qiegħed jipprova jipproteġi salesgirl. Ingħad li l-istess salesman kien qed jaħdem f’ħanut faċċata tas-salesgirl u li meta ra lill-Johan mar jipproteġi lis-salesgirl. Ingħad li l-Pulizija arrestat lill-akkużat f’Tas-Sliema u ttieħed l-għassa tal-Belt. sabiex isirulu xi investigazzjonijiet.

Wara li semgħet is-sottomissjonijiet tal-Prosekuzzjoni u tad-Difiża, il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Nadine Lia ddiskreviet lil akkużat bħala periklu għas-soċjetà u kien għalhekk li kkundannatu sena ħabs.

Huwa ġie ordnat ukoll sabiex iħallas €5,683 lill-istabbiliment minn fejn seraq tal-ħsara li kkaġuna fil-ħanut u €95 lis-salesman.