Saturday, July 20, 2024

Irridu naħdmu għal riżultati u tragwardi sbieħ – Adrian Gomez Blanco – president ġdid ta’ Sta Lucia

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

Jien ili membru attiv fil-klabb ta’ Santa Lucia minn mindu kont tifel, u nħobb l-iktar il-klabb. Il- futbol jogħġobni minħabba li fih team work u komptezzjoni.

Kif qed tħares ‘il quddiem għall-esperjenza ġdida tiegħek bħala president ta’ Santa Lucia FC?

Fiduċjuż ħafna li nkompli nġib riżultati u tragwardi sbieħ lil raħal twelidi bħalma kellna dawn l-aħħar ħames snin fil-Kampjonat Premier.

Taħseb li għandkom tim b’saħħtu biżżejjed biex tirrritornaw fil-Premier matul l-istaġun li ġej?

It-tragward huwa li nibnu tim b’saħħtu biex nirritornaw fil-Premier … diġá għandna xi plejers promettenti u strateġiji biex inżommu t-tim magħqud.

Persważ li se tagħmlu xi akkwisti ġodda jew irtokki fl iskwadra…

Ġibna lill-kowċ Liam Mangion li għandu esperjenza tajba għal sitwazzjonijiet bħal tagħna u diġá beda bil-proċess biex isaħħaħ it-tim.

Kif tqis il-livell tal-futbol Malti? 

 Il-futbol Malti għandu bżonn iżid it-trasparenza u jinqeleb fuq mudell kummerċjali bil-għan li l-profitti jitkejlu bis-suċċessi li jsiru mill-aspett soċjali.

Għaddi messaġġ finali lill-partitarji kollha ta’ Santa Lucia FC biex jibqgħu warajkom matul l-istaġun li ġej.

Żommu l-fiduċja fit-tim u ejjew ħa nieħdu pjaċir!

Ekonomija

Sport