Monday, November 11, 2024

“Irridu nfejqu lit-tim u nirranġawh sakemm nirbħu lil kulħadd u naslu fil-gruppi”

Il-President tal-Klabb ta’ Ħamrun Spartans Joseph Portelli

Aqra wkoll

Il-President tal-klabb ta’ Ħamrun Spartans kompla jesprimi l-ħolm li għandu għat-tim u sostna li jixtieq jirbaħ kampjonat li fih il-Ħamruniżi jegħlbu lil kulħadd u saħansitra jagħmluha sal fażi tal-gruppi fil-kompetizzjonijiet ewropej.

Huwa qal dan fl-ewwel kummenti wara li aktar kmieni Ħamrun Spartans rebħu l-kampjonat wara li għelbu lil Gżira United bl-iskor ta’ 1-0, b’gowl skurjat minn Luke Montebello.

Portelli nnota li minkejja li l-kampjonat din is-sena ntemm kmieni, matul l-istaġun, Ħamrun temmew tliet partiti mingħajr ma rnexxilhom jiksbu t-tliet punti.

Portelli żied jgħid li dawn il-ftit punti li ntilfu juru li t-tim għad baqagħlu x’jaħdem u li għalhekk se jagħmel minn kollox biex fil-ġimgħat li ġejjin dan ifieq u jitranġa qabel jiġi biex jilgħab fil-kompetizzjonijiet ewropej.

Minkejja ċelebrazzjonijiet kbar fil-grawnd u fil-Ħamrun wara l-konferma tar-rebħ tal-ogħla diviżjoni fil-futbol lokali, il-Ħamruniżi għad iridu jistennew erba’ logħbiet oħra qabel jiġu ppreżentati t-trofew meritat lilhom.

Sport