Waqt il-ftuħ tal-Europride Valletta 2023, il-Prim Ministru Robert Abela qal li biex wasalna s’hawn kienet mixja twila. Mixja li ma ġietx mingħajr ċertu xettiċiżmu. Finalment l-imħabba rebħet fuq il-mibegħda, il-kuraġġ rebaħ fuq il-biża’ u l-ugwaljanza rebħet fuq l-inugwaljanza.
Il-Prim Ministru tenna li, “għamilna rivoluzzjoni sħiħa fejn jidħlu drittijiet ċivili. Dak tagħna huwa poplu li verament jaf iħobb.”
Tenna wkoll li rridu nkomplu naħdmu favur soċjetà aktar inklussiva, soċjetà li trid tibqa’ twarrab il-preġudizzji u li ma tagħmel ġudizzju fuq ħadd. Iżda li tkun tħobb lil kulħadd b’mod ugwali. Għaliex Malta hi ta’ kulħadd.