Thursday, December 26, 2024

Irrifjutati pjanijiet għal kanupewijiet quddiem is-Suq tal-Belt

Aqra wkoll

Il-Bord tal-Ippjanar illum irrifjuta applikazzjoni għall-installazzjoni ta’ tined b’disinn ġdid fuq l-‘outdoor catering area’ li hija koperta bil-permess għall-food court tas ‘Suq Tal-Belt’. It-tined eżistenti kienu ngħataw permess temporanju fit-2018.

Il-Bord innota li t-tined li s-saqaf tagħhom jista’ jingħalaq flimkien mas-support vertikali mhumiex konformi mad-dispożizzjonijiet tal-policies tad-Development Control Design Policy, Guidance and Standards 2015 (DC15) peress li dawn mhumiex meqjusin li għandhom x’jaqsmu viżwalment mal-faċċata tal-bini skedat fi Grad 1 u l- kuntest tal-madwar.

Barra minn hekk, il-Bord qabel mar-rakkomandazzjoni tad-Direttorat għall-Immaniġġjar tal-Iżvilupp li l-istrutturi proposti jitqiesu bħala intrussivi u ma jirrispettawx il-proprjetajiet ta’ terzi tal-madwar.

Ekonomija

Sport