Sunday, May 5, 2024

Iċ-ċiklun Biparjoy: Evakwat 150,000 persuna hekk kif l-Indja u l-Pakistan qed jippreparaw għal maltempata

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Aktar minn 150,000 ruħ fl-Indja u l-Pakistan ġew evakwati mill-mogħdija ta’ ċiklun qalil jum qabel il-wasla mistennija tiegħu fuq l-art.

Dawk li jbassru t-temp, wissew li ċ-ċiklun Biparjoy – li jfisser “diżastru” bil-lingwa Bengalija, jista’ jagħti l-każ li se jkun qiegħed jeqred id- djar u l-uċuħ tar-raba’.
Iċ-ċiklun għadda mill- Baħar Għarbi u laqat l-ewwel l-istat ta’ Gujarat fl-Indja l-
Ħamis filgħaxija (ħin lokali). Sa issa huwa kkalkulat li mi- etu minn tal-inqas seba’ per- suni kawża tax-xita qawwija fl-Indja.

Skont rapporti minn midja internazzjonali, il-vittmi jinkludu żewġt itfal, li spiċċaw taħt it-tifrik wara li ġġarraf ħajt u mara sfat milquta minn siġra li waqgħet waqt li kienet qegħda ssuq il-mutur tagħha.

Fil-Pakistan, il-maltemp mistenni jolqot il-kosta tal-provinċja ta’ Sindh. L-awtoritajiet diġà evakwaw 81,000 ruħ mill-kosta tax-Xlokk u waqqfu 75 kamp ta’ għajnuna fl-iskejjel.

Il-Ministru tat-Tibdil fil-Klima tal-Pakistan Sherry Rehman qalet li Karachi, l-akbar belt b’popolazzjoni ta’ aktar minn 20 miljun, ma kinitx taħt din it-theddida immedjata iżda qegħdin jit- tieħdu miżuri ta’ emerġenza.

Sport