Saturday, May 18, 2024

Il-Qataris jirbħu t-taqtiegħa biex jixtru lil Manchester United

Aqra wkoll

Ix-Sheikh Jassim bin Hamad Al Thani tal-Qatar rebaħ it-tellieqa biex jixtri lill-club Manchester United bl-akkwist tiegħu se jitħabbar fis-sigħat li ġejjin. 

Fi tmiem il-ġimgħa, iż-żewġ offerenti, li kienu jinkludu wkoll lil Sir Jim Ratcliffe, kienu f’taqtiegħa bejniethom  biex jiffinalizzaw l-offerti tagħhom.

Fi stadju minnhom il-kumpanija Ineos ta’ Ratcliffe dehret li kienet fuq quddiem, iżda r-rappreżentanti f’isem Sheikh Jassim kienu aktar ottimisti dwar iċ-ċansijiet tagħhom wara s-sottomissjoni drammatika ta’ offerta mtejba f’dawn l-aħħar jiem. 

Sport