Saturday, May 4, 2024

Irtirat l-avviż kontra l-għawm fil-bajja ta’ Qui Si Sana

Aqra wkoll

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika qiegħed javża li wara li ttieħdu diversi kampjuni tal-ilma baħar tul dawn l-aħħar jiem, iż-żona tal-għawm fil-Bajja ta’ Qui Si Sana (taħt it-taraġ) hija tajba għall-għawm u għalhekk l-avviż kontra l-għawm f’din iż-żona qed jiġi rtirat.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mis-7:30 ta’ filgħodu sat-3:00 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected][email protected] u [email protected]. Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab Continental Business Centre, Triq il-Ferrovija, Santa Venera.

Il-pubbliku jista ukoll iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook

http://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626  jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Health-Inspectorate/WRAU/Pages/Bathing-Water-Press-Releases.aspx   għal informazzjoni simili.

Sport