Saturday, November 23, 2024

Irtirata l-applikazzjoni għal dar tal-anzjani privata fuq ODZ

Aqra wkoll

Minn MELVIN FARRUGIA

Il-Moviment Graffitti ħabbru li l-applikazzjoni għal dar tal-anzjani privata fuq art ODZ fiż-żona ta’ L-Għadir, fiż-Żurrieq ġiet irtirata. 

Filwaqt li esprimew sodisfazzjon għal din l-aħbar, il-Moviment Graffitti qalu li dan ir-riżultat kien biss possibbli grazzi għall-kampanja b’saħħitha li għamlu r-residenti u l-kunsilli lokali tat-tliet lokalitajiet ta’ Ħal Safi, taż-Żurrieq u ta’ Ħal Kirkop, kif ukoll l-għaqdiet ambjentali.

Fil-fatt, saret kampanja sħiħa bl-isem ta’ Save l-Għadir ODZ u twasslet l-oġġezzjoni għall-proġett li kien se jwassal biex tintilef biċċa art verġni agrikola kbira biex tinbenda dar privata għall-anzjani. 

Jidher li skont il-politika eżistenti, is-sit in kwistjoni jista’ jintuża biss għal attività agrikola u l-proġett propost kien se jeqred parti sostanzjali mill-wirt rurali, ambjentali u kulturali tal-inħawi.

Sport