Friday, December 13, 2024

Irtirata l-applikazzjoni għal lukanda u bungalows qrib l-irdum ta’ Ħad-Dingli

Aqra wkoll

L-applikazzjoni għal-lukanda u bungalows qrib l-irdum ta’ Ħad-Dingli, fiż-żona magħrufa bħala l-fabbrika ta’ Pulvich, ġiet irtirata mill-applikant.

Dan kien se jseħħ barra ż-żona tal-iżvilupp u f’art li hija kkunsidrata bħala waħda importanti u sit ta’ Natura 2000.

Moviment Graffitti qal: “L-Awtorità tal-Ippjanar kienet irrakkomandat l-approvazzjoni ta’ din l-applikazzjoni u saħansitra l-ERA kienet biddlet ir-rakkomandazzjoni tagħha kontra dan l-iżvilupp għal waħda favorevoli.”

Żied jgħid: “Iżda wara wara pressjoni kbira mill-pubbliku u mill-għaqdiet, il-Bord tal-Ippjanar kien ta indikazzjoni li se jirrifjuta l-applikazzjoni. Issa l-applikanti iddeċidew li jirtiraw l-applikazzjoni qabel jittieħed il-vot finali.”

Moviment Graffitti temm jgħid: “Aħna ser nibqgħu viġilanti sabiex nergħu nopponu din l-applikazzjoni jekk qatt terġa’ tiġi sottomessa.”

Ekonomija

Sport