Thursday, April 18, 2024

Andy Ellul jieħu l-ġurament tal-ħatra bħala Membru Parlamentari

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Ftit tal-ħin ilu, Dr Andy Ellul ħa l-ġurament tal-ħatra bħala Membru Parlamentari. F’kelmtejn li għamel, huwa qal li jħossu onorat u privileġġjat li għadu kemm ħa l-ġurament tal-ħatra biex iservi fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.

Huwa qal li jħares ‘il quddiem li jwettaq id-dmirijiet tiegħu fl-aħjar interess ta’ pajjiżna kif ukoll b’lealtà lejn l-awtorità ta’ din l-istituzzjoni. “Dan se nagħmlu wkoll b’rispett lejn id-deputati taż-żewġ naħat tal-Kamra.” 

Dr Ellul ħa post Silvio Grixti li rriżenja fl-aħħar jiem minn Deputat Parlamentari. L-Ispeaker Anġlu Farrugia qara wkoll l-ittra ta’ riżenja tal-istess Grixti li fiha ntqal li din id-deċiżjoni ma kinitx waħda faċli għalih iżda jemmen li kienet waħda ġusta u li ttieħdet fl-aħjar interess tiegħu, tal-familja tiegħu u tal-Partit Laburista li f’ismu ġie elett u l-kostitwenti tiegħu li tant jgħożż.

Ekonomija

Sport