Thursday, June 11, 2026

Tuneżin jinżamm arrestat fuq serq ta’ aktar minn €15,000 għad-dannu tal-kumpanija Tunisair Express

Aqra wkoll

Tuneżin ta’ 56 sena residenti Ħal Għaxaq inżamm arrestat wara li ġie mixli li f’Diċembru ta’ tliet snin ilu,  seraq ftit aktar minn €15,000 għad-dannu tal-kumpanija Tunisair Express, li għandha l-uffiċini tagħha fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta f’Ħal Luqa.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Roxanne Tabone u mill-avukat fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, Claire Sammut spjegat li fil-passat, l-akkużat kien jaħdem mal-istess kumpanija li seraq mingħandha. Intqal ukoll li l-akkużat inqabad meta l-kumpanija impjegat magħha manager ġdid li ntebaħ li xi flus ma kinux qed jidħlu fil-kont tal-kumpanija.

Il-Prosekuzzjoni kompliet tispjega li l-kumpanija għamlet awditjar intern u li minnu l-Pulizija waslett għal l-arrest tal-akkużat. Irriżulta, li huwa kien qed jieħu xi flus li ma bediex jirritornahom fil-kont tal-kumpanija.

L-akkużat wieġeb mhux ħati u baqa’ miżmum taħt arrest.

Parte ċivile għall-kumpanija Tunisair Express dehru l-Avukati Michael Tanti-Dougall u Matthew Xuereb.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport