Thursday, June 11, 2026

Serata memorabbli mill-poeti għomja Maltin fil-Knisja tal-Ġiżwiti fil-Belt Valletta

Aqra wkoll

Ilbieraħ fil-Knisja tal-Ġiżwiti fil-Belt Valletta ttellgħet serata memorabbli minn poeti għomja ta’ kull età. Bis-sehem tat-tenur Alan Sciberras, il-pjanista Sofia u l-attriċi Kim Dalli, is-serata daħlet fil-qlub tal-udjenza.

Waqt l-istess serata, iċ-ċkejken Lee Abela qara l-poeżija ġdida tiegħu, “Il-Buskett”. Din is-serata setgħet tittella’ bis-saħħa tal-Malta Arts Council u bl-għajnuna tal-Visual Non Visual Network.

Il-Visual Non Visual Network hija organizzazzjoni magħmula minn grupp ta’ diversi NGOs bl-istess objettivi, li kollha jipprovdu informazzjoni u kollha jaħdmu biex jgħinu lil persuni għomja jsiru indipendenti.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport