Il-Ministru tad-Difiża Brittaniku John Healey irriżenja nhar il-Ħamis f’tilwima dwar l-infiq militari, fejn akkuża lill-Prim Ministru Keir Starmer li naqas milli jimpenja r-riżorsi tal-gvern li huma meħtieġa biex jiddefendi l-pajjiż.
Il-Ministeri tad-Difiża u tal-Finanzi Brittaniċi ilhom xhur sħaħ f’taħditiet dwar kif se jissodisfaw id-domandi li dejjem qegħdin jiżdiedu fil-pajjiż biex jespandu l-infiq militari. Tant, li dan dewwem il-Pjan ta’ Investiment fid-Difiża Brittaniku mis-sena l-oħra.
Fl-ittra tiegħu lil Starmer, Healey iddikjara; “Intom ma kontux kapaċi u t-teżor ma kienx lest, li timpenja r-riżorsi li n-nazzjon jeħtieġ biex jiddefendi l-pajjiż f’dan iż-żmien ta’ theddid dejjem jiżdied”.
Id-dewmien fl-industrija tad-difiża Brittanika tgħid li ma tistax tinvesti fi programmi fit-tul għas-sigurtà tal-pajjiż fi żmien ta’ volatilità ġeopolitika enormi u hekk kif l-Istati Uniti qed titbiegħed mill-protezzjoni tal-Ewropa.



