Thursday, June 11, 2026

Spezzjonijiet b’rabta ma’ immigrazzjoni irregolari

Aqra wkoll

Matul il-lejl li għadda u kmieni dalgħodu, 19-il immigrant irregolari kienu arrestati mill-Pulizija wara li nqabdu jgħixu f’pajjiżna b’mod irregolari.

Waqt spezzjonijiet fil-Ħamrun u f’Ħal Qormi, il-Pulizija arrestat għaxar persuni ġejjin mis-Sirja, mill-Gambja, mill-Kosta tal-Avorju u min-Niġer. Ħidma oħra li saret f’San Pawl il-Baħar wasslet għall-arrest ta’ disa’ persuni mill-Albanija, mis-Sirja, mill-Ghana, mill-Bangladesh, mill-Gambja u mill-Mali.

Il-persuni kollha qed jinżammu f’ċentru ta’ detenzjoni taħt il-ħarsien tal-Aġenzija għas-Servizzi ta’ Detenzjoni sakemm issir il-ħidma biex jiġu rilokati lura f’pajjiżhom.

Waqt dawn l-ispezzjonijiet il-Pulizija kienet assistita mill-uffiċjali mill-Aġenzija għas-Servizzi ta’ Detenzjoni. Malta se tkompli tonora l-obbligi kollha tagħha fil-qasam tal-immigrazzjoni firrispett tal-liġijiet tal-pajjiż.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport