Thursday, June 11, 2026

‘Qed inħares lejn din il-kariga bħala Team Manager ta’ Birkirkara FC b’entużjażmu u sfidi ġodda’ – Chris Mangion

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Proprju fis-sigħat li għaddew tħabbar li Chris Mangion se jkun qed jokkupa r-rwol ta’ Team Manager ta’ Birkirkara FC għall-istaġun li ġej.

Dan wara li Jamie Borg ħalla din il-kariga fil-jiem li għaddew, wara li kien ilu jokkupa dan ir-rwol għal dawn l-aħħar ħames snin.

Qabel ħa dan ir-rwol, Mangion kien jokkupa dan l-istess rwol ta’ Team Manager ma’ Naxxar Lions.

Dan is-sit tkellem ma’ Chris Mangion innifsu fejn tana l-ewwel kummenti tiegħu wara li beda dan jokkupa dan ir-rwol. 

Fi kliemu: ‘Qed inħares lejn din il-kariga b’entużjażmu u sfidi ġodda.’

‘Għall-istaġun li ġej, il-mira tagħna se tkun li nkunu kemm jista’ jkun kompetittivi f’kull kompetizzjoni sabiex nerġgħu npoġġu lill-klabb ta’ Birkirkara fejn tassew jixraqlu li jkun!’

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport