Thursday, June 11, 2026

JIRRITORNAW L-UMBRELLEL ARTISTIĊI F’ĦAŻ-ŻABBAR

Aqra wkoll

Ħaż-Żabbar se jerġa’ jilbes il-kuluri vibranti tal-installazzjoni artistika tal-umbrell minn nhar is-Sibt 13 ta’ Ġunju bħala parti minn edizzjoni oħra ta’ Żabbar Street Festival. 

Wara s-suċċess kbir tas-snin li għaddew, l-installazzjoni tal-umbrelli fi Triq il-Kbira terġa’ lura biex toħloq atmosfera unika fiċ-ċentru ta’ Ħaż-Żabbar. Din l-attrazzjoni artistika saret waħda mill-aktar inizjattivi popolari għall-fotografija kemm għall-Maltin kif ukoll għat-turisti li jżuru Ħaż-Żabbar f’dawn il-jiem. 

L-instalazzjoni bħal kull sena ser tkun kumplimentata b’numru ta’ attivitajiet għall-familja kollha li jibdew mis-7:30pm ’il quddiem. It-tfal se jkunu jistgħu jgawdu minn bouncy castles, VR games, animazzjoni, logħob u attrazzjonijiet oħra, filwaqt li ser ikun ukoll għadd ta’ inizjattivi oħra għall-familja fosthom;  

• L-installazzjoni artistika tal-Umbrelli fi Triq il-Kbira
• Wirja ta’ karozzi klassiċi u moderni fiż-żewġ pjazez ewlenin
• Tournaments tal-biljard
• Big Screen bil-logħob tat-Tazza tad-Dinja
• Stands ta’ artiġjani lokali bi prodotti varji
• Wirja ta’ artifatti maħduma fil-melħ
• Artists li se jkunu qed ipinġu murals live waqt l-avveniment
• Ikel u xorb minn diversi stands madwar il-lokalità

L-għan ta’ dan l-avveniment huwa li jiġbor flimkien il-komunità filwaqt li jkompli jippromwovi ċ-ċentru storiku ta’ Ħaż-Żabbar bħala destinazzjoni kulturali u turistika.

Kulħadd huwa mistieden jingħaqad magħna għal tmiem il-ġimgħa mimli kulur, arti, divertiment u atmosfera mill-isbaħ fil-qalba ta’ Ħaż-Żabbar.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport