Friday, November 15, 2024

Is-CDC tnaqqas il-perjodu ta’ kwarantina bin-nofs għal dawk mingħajr sintomi

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-uffiċjali tas-saħħa fl-Amerika naqqsu bin-nofs il-perjodu ta’ kwarantina għal dawk li ma jkollhomx sintomi tal-Covid-19. Dan ifisser li minkejja żieda fl-infezzjonijiet il-perjodu ta’ iżolament se jkun qiegħed jinżel minn għaxart ijiem għal ħamsa.

Iċ-Ċentru għall-Kontroll tal-Mard (CDC) qalet li minkejja li dan il-perjodu se jonqos, wara dawk il-ħamest ijiem, l-individwi jridu joqogħdu lebsin il-maskra l-ħin kollu meta jkunu fil-preżenza ta’ persuna jew persuni oħra.

Skont s-CDC, ir-riskju ta’ trasmissjoni huwa l-ogħla fit-tieni u t-tielet jum minn meta jiżviluppaw is-sintomi.

Din il-miżura mistennija tnaqqas t-tfixkil ikkawżat minn nuqqas ta’ ħaddiema f’diversi setturi minħabba żieda fl-infezzjonijiet.

Iż-żieda fl-infezzjonijiet kienet ikkawżata mill-varjant tal-Omicron li skont l-ewwel studji fl-Amerika jidher li minkejja li huwa aktar trasmissibbli, l-effetti tiegħu huma aktar ħfief minn dawk ta’ varjanti oħra tal-virus.

Ekonomija

Sport