L-għadd ta’ Maltin li siefru fit-tieni kwart tas-sena kienu jammontaw għal 189,443, li jfisser żieda ta’ 35.4% meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena ta’ qabel.
Statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika turi li 114,848 Malti siefru għal skop ta’ vaganza filwaqt li 46,973 oħra marru biex iżuru lil sħabhom jew xi familjari tagħhom.
L-Italja baqgħet l-aktar destinazzjoni popolari mal-Maltin b’sehem ta’ 39.9%. L-iljieli mqattgħin barra minn Malta żdiedu b’aktar minn 31% għal total ta’ 1,252,385 lejl.
Il-parti l-kbira tal-iljieli kienu mqattgħin f’postijiet ta’ akkomodazzjoni mingħajr kera.
In-nefqa kollha fuq it-turiżmu għall-ewwel nofs tal-2023 kienet stmata li tilħaq il-€297.3 miljun (żieda ta’ 62.7 fil-mija), filwaqt li n-nefqa ras għal ras kienet ta’ €855.