Friday, November 22, 2024

Il-ġisem ta’ Pelé mhux qed jirrispondi aktar għall-kimoterapija tal-kanċer

Aqra wkoll

Saħħet il-leġġendarju Brażiljan, Pelé, kompliet sejra għall-agħar hekk kif ħarġet l-aħbar li ġismu m’għadux jirrispondi għall-kimoterapija fil-ġlieda tiegħu kontra l-kanċer tal-musrana.

Rapporti fil-Brażil qalu li l-anzjan ta’ 82 sena, li daħal l-isptar il-ġimgħa li għaddiet, qed jirċievi miżuri biex itaffi l-uġigħ f’sala tal-kura intensiva..

Huwa ddaħħal l-Isptar Albert Einstein f’Sao Paulo, il-Brażil nhar it-Tlieta jsofri minn ‘nefħa ġenerali’ u ‘insuffiċjenza tal-qalb’.

Rapporti minn fuq il-mezzi tax-xandir Brażiljani, is-Sibt, sostnew li s-saħħa ta’ Pelé qed tiddeterjora u jinsab taħt kura “palljattiva” u mhux se jkun soġġett għal testijiet jew trattament invażivi. Il-kura palljattiva hija għal pazjenti b’mard jew kundizzjonijiet potenzjalment ta’ theddida għall-ħajja tagħhom. 

Sport