Is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said ħabbret fuq il-midja soċjali li kienet weldet tifla u se semmiha Maelle. Din hija t-tieni wild għal Bugeja Said u żewġha.
“B’qalbna mimlija mħabba u gratitudni, nixtiequ naqsmu magħkom li lbieraħ waslet fid-dinja t-tifla ċkejkna tagħna, Maelle” kitbet is-Segretarju Parlamentari Bugeja Said fuq il-midja soċjali.
Is-Segretarju Parlamentari kienet għażlet il-ġurnata ta’ Jum l-Omm ta’ din is-sena biex taqsam l-aħbar li kienet se terġa’ ssir omm.
Dan is-sit jifraħ lis-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said u lill-żewġha għal wild il-ġdid.
