Raġel ta’ 39 sena residenti Ħaż-Żabbar, aktar kmieni llum weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq San Franġisk, Bormla.
Kienu għall-ħabta tas-7.30am, meta ntalbet l-assistenza, fejn mill-ewwel stħarriġ irriżulta li waqt li r-raġel kien qed isuq mutur Honda, għal xi raġuni tilef il-kontroll u ħabat f’vettura li kienet ipparkjata.
Is-sewwieq ingħata l-għajnuna fuq il-post minn tim mediku u ttieħed l-isptar b’ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji. L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
