Tisplodi batterija ta’ karozza u s-sewwieq jitlef il-kontroll u jaħbat… jittieħed l-isptar

Aqra wkoll

Dan is-sit jinsab informat li ftit tal-ħin ilu seħħ inċident tat-traffiku fi Triq il-Mitħna Ħaż-Żebbuġ.

Sorsi qalu lil dan is-sit li s-sewwieq tilef il-kontroll wara li l-batterija tal-vettura splodiet u kien hemm xi nirien. Kien hawn li s-sewwieq spiċċa ħabat.

Fuq il-post kien għaddej ħaddiem tal-emerġenza li waqaf jagħtu l-ewwel għajnuna lis-sewwieq, sakemm wasal tim mediku b’ambulanza mill-Isptar Mater Dei li komplew jassistu. Hu ttieħed l-isptar u l-kundizzjoni tiegħu s’issa għadha mhix magħrufa.

Il-Pulizija qegħdin fuq il-post jinvestigaw.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport