Fi żjara f’Dublin l-Irlanda, fil-Kwartieri Ġenerali tad-Dipartinment tal-Public Works, is-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi Omar Farrugia, iltaqa’ ma’ uffiċjali u ħaddiema tal-istess Dipartiment fejn kienu diskussi numru ta’ proġetti li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi qiegħed iwettaq f’Malta kif ukoll kollaborazzjoni futura bejn iż-żewġ dipartimenti.
Fuq stedina tal-Ministru tal-Istat fid-Dipartiment tal-Infiq Pubbliku, it-Twettiq tal-Pjan Nazzjonali ta’ Żvilupp u r-Riforma Kevin Moran, is-Segretarju Parlamentari Omar Farrugia żar ukoll numru ta’ proġetti li twettqu mid-Dipartiment tal-Public Works.
Is-Segretarju Parlamentari Farrugia, filwaqt li rringrazzja lill-Gvern Irlandiż għall-istedina, qal li fil-futur qarib, iż-żewġ dipartimenti tax-xogħlijiet Pubbliċi ser ikunu qegħdin jaħdmu u jikkollaboraw flimkien biex ikomplu jwasslu l-aħħar proġetti possibbli għall-komunitajiet.