Sunday, November 3, 2024

Is-sejħa lura ta’ dawn il-prodotti qed tiġi estiża għal-lottijiet kollha minħabba livelli għoljin ta’ Ethylene oxide

Aqra wkoll

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jinforma lill-pubbliku li wara informazzjoni addizzjonali ġdida li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, kif ukoll mingħad fornitur prinċipali, is-sejħa lura ta’ dawn il-prodotti qiegħda tiġi estiża għal-lottijiet kollha minħabba livelli għoljin ta’ Ethylene oxide (pestiċida).

Deskrizzjoni tal-prodott:Instant noodles Pancit Canton HOT CHILI Flavour
Ditta:Lucky Me!
Piż:60g
Lott:Kollha
Data tad-Durabbiltà:Kollha
Deskrizzjoni tal-prodott:Instant noodle soup BEEF Flavour
Ditta:Lucky Me!
Piż:55g
Lott:Kollha
Data tad-Durabbiltà:Kollha
Deskrizzjoni tal-prodott:Instant noodles Pancit Canton KALAMANSI Flavour
Ditta:Lucky Me!
Piż:60g
Lott:Kollha
Data tad-Durabbiltà:Kollha
Deskrizzjoni tal-prodott:Instant noodles Pancit Canton CHILIMANSI Flavour
Ditta:Lucky Me!
Piż:60g
Lott:Kollha
Data tad-Durabbiltà:Kollha

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat imejl fuq [email protected]. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebookhttps://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.

Sport