Sunday, December 22, 2024

Is-sena d-dieħla jerġgħu jitqassmu b’xejn il-boroż tal-iskart organiku

Aqra wkoll

Hekk kif aktar ma jgħaddi żmien aktar qed issir ħidma biex is-separazzjoni tal-iskart issir b’mod tajjeb, il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriza, Miriam Dalli ħabbret li s-sena d-dieħla se jerġa’ jsir it-tqassim b’xejn tal-boroż tal-iskart organiku.

Waqt li kienet qed twieġeb mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista l-Onor. Darren Carabott, il-Ministru Dalli sostniet li l-kumpanija WasteServ iffirmat kuntratt għax-xiri tal-baskijiet organiċi (borża bajda) u din se tkun qiegħed titqassam lill-Kunsill Lokali kollha f’Malta u f’Għawdex fejn min-naħa tagħhom imbgħad iqassmu l-istess boroż lir-residenti rispettivi tagħhom.

Skont informazzjoni li ħarġet WasteServ ftit tal-ġimgħat ilu ġie magħruf li minkejja li l-ġbir tal-iskart organiku ilu għaddej snin, xorta waħda 40% tal-borża s-sewda hija kollha skart ġej mill-ikel. Dan faċilment seta’ ntefa’ fil-boroża l-bajda li imbgħad WasteServ tbiddlu f’riżorsa.

Intant, il-ġimgħa li għaddiet l-ERA ħabbret li s-separazzjoni tal-iskart għanda ssir obbligatorja kemm għar-residenti kif ukoll għall-istabbilimenti kummerċjali.
Għal dan il-għan l-ERA qed tilqa’ fehmiet tal-pubbliku qabel ma temenda lil-liġi f’dan ir-rigward. Fost oħrajn hemm propost li l-borża sewda ssir trasparenti u multi sa €150 għal min ma jisseparax l-iskart.

Din il-konsultazzjoni pubblika se tibqa’ miftuħa sal-5 ta’ Diċembru li ġej.

Ekonomija

Sport