Il-Ministru Herrera ħabbar li s-sena d-dieħla, wara li tlesta l-proċess ta’ konsultazzjoni, se tiġi varata l-istrateġija tal-Kunsill Malti għall-Arti għall-ħames snin li ġejjin. Fost il-prijoritajiet ta’ din l-istrateġija hemm l-investiment fl-infrastruttura kulturali, kollaborazzjoni bejn is-setturi kulturali u setturi oħra u drittijiet kulturali, is-sostenibbilità, l-aspett diġitali, l-intraprenditorjat fl-arti u l-iżvilupp artistiku.
Il-Ministru Herrera żied isemmi li Festivals Malta fil-ġimgħat li ġejjin se joħroġ sejħa b’tender għal trailers u trakkijiet li se jitpoġġew a dispożizzjoni tad-dilettanti u l-artisti tal-Karnival għall-erba’ snin li ġejjin.
“Dan sabiex meta jasal il-waqt li niċċelebraw il-Karnival, inkunu nistgħu nserrħu moħħna dwar is-sigurtà tal-makkinarju li jintuża filwaqt inkunu konjxi tal-ambjent billi se jkunu qed jintużaw vetturi li jniġġżu inqas.”