Sunday, December 22, 2024

Is-sena l-oħra waslu f’pajjiżna 968,136 turist … żieda ta’ 47% fuq l-2020

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Matul is-sena li għaddiet, waslu f’pajjiżna 968,136 turist, li jfisser żieda ta’ 47% meta mqabbel fuq is-sena 2020, is-sena li fiha faqqgħet il-pandemija tal-Covid-19. Bejniethom it-turisti qattgħu aktar minn 8.3 miljun lejl, żieda ta’ 60.5% fuq is-sena ta’ qabel. 

Dan joħroġ minn statistika ppubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika dwar it-turiżmu reġjonali għas-sena 2021. L-istess statistika turi li matul is-sena li għaddiet, it-turisti nefqu f’Malta mat-€870.7 miljun, 91.3% aktar fuq l-2020. 

F’dak li jirrigwardja it-turiżmu domestiku bejn ir-reġjuni fl-2021, it-total ta’ wasliet kienu jammontaw għal 389,516, li jfisser żieda ta’ 8.1%. Residenti Maltin li vvjaġġaw lejn Għawdex u Kemmuna kienu jammontaw għal 365,252.

Ħafa mit-turisti domestiċi vvjaġġaw għal skop ta’ vaganza (78.1%) u qattgħu bejn lejl u tlitt iljieli. L-iljieli mqattgħin mit-turisti domestiċi kienu jammontaw għal 1,090,113, li jfisser żieda ta’ 35.2%, bl-infiq ras għal ras ikun dak ta’ €206. 

Ġew innutati żidiet sinjifikanti fit-turisti domestiċi u fit-total ta’ ljieli li qattgħu matul ix-xhur ta’ Marzu u April 2021 meta mqabbel mal-livelli reġistrati fl-2020. Dan ġie attribwit l-aktar minħabba r-restrizzjonijiet relatati mal-ivvjaġġar. 

Ekonomija

Sport