Matul l-2025 inġabru 36,722 tunnellata ta’ skart organiku minn quddiem id-djar tal-Maltin u l-Għawdxin. Dan hu l-akbar ammont ta’ skart organiku li qatt inġabar f’sena waħda minn meta bdiet din is-separazzjoni tal-iskart.
Qalet dan il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika Miriam Dalli fil-Parlament waqt li kienet qiegħda twieġeb Mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.
Fit-tweġiba tagħha l-Ministru Miriam Dalli qalet ukoll li fl-2024 inġabru 34,906 tunnellati ta’ skart organiku.
L-ewwel ġbir ta’ skart organiku jmur lura għall-2015 bi proġett-pilota f’ħames lokalitajiet.

