Friday, December 13, 2024

Is-sena li għaddiet l-Awstrija kellha 31 każ ta’ femiċidju… l-ogħla fl-Unjoni Ewropea

Aqra wkoll

Matul is-sena li għaddiet iktar nisa milli rġiel inqatlu ġewwa l-Awstrija, statistika li hija rari fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. B’kollox kien hemm 31 mara li nqatlu, numru li qiegħed inissel tħassib fil-pajjiż hekk kif ir-rata ta’ femiċidju jidher li qiegħed tiżdied sostanzjalment. 

Studju li sar ġewwa l-Awstrija juri li bejn l-2010 u l-2020, 319-il mara ġew maqtula mir-raġel tagħhom jew inkella mill-eks raġel. Dan hija fost l-ogħla rati fl-Unjoni Ewropea. Minkejja din iċ-ċifra allarmati dan is-suġġett mhux qiegħed jiġi diskuss daqskemm suppost għandu jkun. 

Ekonomija

Sport