Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm jixtieq javża li l-għoti tad-demm fi tmiem il-ġimgħa u l-jum tat-Tlieta li ġej jista’ jsir:
- fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa li jiftaħ kuljum (sebat ijiem fil-ġimgħa inkluż il-Ħdud u l-festi Pubbliċi) mit-8:00 a.m. sas-6:00 p.m.
- fil-Mobile Blood Donation Unit li nhar il-Ħadd 10 ta’ Lulju ser ikun fil-Pjazza ta’ quddiem il-Knisja Arċipretali tal-Mellieħa mit-8:30 a.m. sas-1:00 p.m.
- fil-Berġa tax-Xewkija li nhar it-Tlieta 12 ta’ Lulju ser tkun disponibbli għall-għoti tad-demm mis-1:00 p.m. sal-5:00 p.m.
Nota importanti ħafna:
- Dawk li ser jersqu biex jagħtu d-demm iridu jippreżentaw il-karta tal-identità. Wieħed jista’ wkoll jagħżel li jippreżenta l-liċenzja tas-sewqan jew passaport Malti.
- Il-maskra waqt l-għoti tad-demm hi meħtieġa.
- Importanti li wieħed jibda jixrob l-ilma sew minn qabel jersaq biex jagħti d-demm.