Monday, November 4, 2024

Is-servizz tal-fast ferry essenzjali għall-kummerċjanti Għawdxin

Aqra wkoll

Fi stħarriġ li għamlet fi Frar li għadda l-Kamra tan-Negozju Għawdxija għas-sena 2022 dwar is-sentiment ekonomiku fost il-kummerċjanti Għawdxin instab li 94% ta’ dawk intervistati stqarrew li s-servizz tal-fast ferry bejn iż-żewġ gżejjer huwa essenzjali.

L-iskop tal-istħarriġ kien biex il-Kamra jkollha stampa ċara tal-ekomnomija u n-negozju f’Għawdex. Dan l-eżerċizzju ffoka primarjament fuq il-perspettiva peronali tal-kommunita kummerċjali Għawdxija filwaqt li ra s-sentiment u l-perspettiva tagħhom f’oqsma partikulari.

L-iżvilupp eċċessiv fil-gżira Għawdxija u d-dipendenza żejda fuq is-settur tal-kostruzzjoni u dak turistiku kien fost it-tħassib tal-kommunita kummerċjali. Madankollu, fil-każ tat-turiżmu ħafna kkummentaw dwar il-ħtieġa li Għawdex jiġbed lejh turiżmu speċjalizzat ta’ livell għoli.

Fost l-ikbar problemi li kienu ffaċċjati bihom hemm in-nuqqas ta’ ħaddiema addatti għat-tip ta’ ħidma li qed iwettqu u ż-żieda fil-prezzijiet tal-metarja prima.

Issemmiet ukoll il-ħtieġa li tiġi diversifikata l-ekonomija Għawdxija u kif ukoll il-bżonn li jiġu mplimentati soluzzjonijiet ta’ mobilita sostenibbli.

Ta’ nota kien il-fatt li fiż-żewġ stħarriġ, dak ta’ Awwissu 2022 u dak ta’ Frar 2023, il-maġġoranza tal-kummerċjanti sostnew li ma kienux se jnaqqsu l-operat tagħhom filwaqt li persentaġġ sostanzjali rrappurtaw li kien bi ħsiebhom ikabbru l-operat tagħhom.

L-istħarriġ sar fost dawk in-negozji li jimpjegaw bejn 1 u 10 ħaddiema.

Sport