Joey Cutajar mill-Qala Għawdex ta’ 43 sena, ir-raġel li nhar il-Ħamis li għadda tilef ħajtu traġikament f’inċident tat-traffiku fi Triq Borg Għarib f’Għajnsielem se jingħata l-aħħar tislima nhar il-Ħamis 19 ta’ Frar.
Huwa se jingħata l-aħħar tislima fil-Knisja Parrokjali tan-Nadur, bit-3:15 p.m., bit-tluq mill-Isptar u l-quddiesa se tibda’ għall-ħabta tal-4:00 p.m.,. Wara l-quddiesa, se ssir id-difna fiċ-Ċimiterju tal-Qala.
Cutajar kien bniedem tar-rispett. Nibgħatu il-kondoljanzi sinċiera lil martu, lil uliedu u lil familja kollha tagħom f’dan il-mument tant diffiċli

