Friday, November 22, 2024

Is-Sezzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tlaqqgħet f’Malta

Aqra wkoll

It-Taqsima għat-Trasport, Enerġija, Infrastruttura u l-Informatika (TEN), fi ħdan il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (EESC), nhar l-Erbgħa laqqgħet il-membri tagħha flimkien mal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) u stakeholders oħrajn f’MAlta sabiex isiru jafu aktar u jiddiskutu dwar prattiċi tajbin fir-rigward tal-akkomodazzjoni affordabbli f’pajjiżna kif ukoll rigward il-mard rari.

Il-President tas-Sezzjoni, Baiba Miltovica, li mexxiet l-ewwel laqgħa li saret fil-bini tal-GWU, f’kumment lill-orizzont fissret li waħda mill-kompetenzi tas-Sezzjoni TEN hija li taħdem fil-qasam tad-djar għax huwa magħruf li ċ-ċittadini Ewropej ma tantx għandhom aċċess għal akkomodazzjoni affordabbli minħabba nuqqas kbir ta’ djar rinnovati. Fil-fatt fl-Ewropa hemm biss 2% ta’ stokk ta’ djar rinnovati.

Hija fissret li l-laqgħa f’Malta qed issir fuq stedina li kien għamel il-Ministru għall-Akkomodazzjoni u Affordabbli, Roderick Galdes meta waqt il-Presidenza Belġjana, kien qed jattendi laqgħa tal-Ministri li ffirmaw id-Dikjarazzjoni ta’ Liege, sabiex il-membri tas-Sezzjoni jaraw il-prattiki tajbin tal-programmi tad-djar f’Malta.

Miltovica qalet ukoll li l-akbar għan ta’ laqgħat bħal dawn huwa li jinġabru dawn il-prattiki tajba mill-istati membri biex wara jiġu ppreżentati bħala soluzzjoni għall-problemi lil dawk li jfasslu l-politika tal-Unjoni Ewropea, fosthom lill-Kummissarju Ewropew Nicholas Smith, li huwa politiku voċiferu ħafna dwar il-ħtieġa għal stokk akbar ta’ djar affordabbli.

Hemm ħafna partijiet interessati f’dan il-qasam bħall-‘Housing Europe’ li qed jitkellmu dwar dan u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (EESC), bħala organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili, jista joffri l-isforzi tiegħu biex dan il-messaġġ jinxtered fl-istati membri kollha tal-Unjoni Ewropea.

It-tieni għan taż-żjara f’Malta, fissret Baiba Miltovica, huwa ispirat minn perspettiva aktar soċjali li hija l-mard rari. “Nafu li kull stat membru għandu riżorsi limitati u l-baġits nazzjonali mhumiex biżżejjed biex jindirizzaw il-gravita ta’ mard rari.

Huwa għalhekk li qed nappoġġjaw netwerk ta’ referenza ta’ tobba, speċjalisti u istituzzjonijiet mediċi li jispeċjalizzaw f’kull pajjiż f’elementi speċifiċi fil-kura ta’ mard b’xi mod rari għaliex hemm każi f’xi pajjiżi fejn ma teżisti l-ebda mediċina jew kura speċifika għal mard rari”.

Bħala eżempju tal-importanza ta’ dan in-netwerk ta’ referenza, hija semmiet li fil-Belġju hemm istituzzjoni speċjalizzata dwar il-mard tal-kanċer fil-belt ta’ Liege u għalhekk huwa tajjeb li tobba u speċjalisti fl-istati membri kollha tal-UE jkunu jafu bih. B’dan il-metodu ta’ netwerk tkun tista’ tiġi ċċirkulata l-informazzjoni dwar dawn l-istituzzjonijiet speċjalizzati.

Is-Sinjura Baiba Miltovica, fl-EESC tirrappreżenta lill-organizzazzjoni tal-konsumaturi ta’ pajjiżha, il-Latvia, u hija parti minn netwerk Ewropew ta’ organizzazzjonijiet tal-konsumaturi. Wara l-laqgħa fil-bini tal-GWU, il-membri Ewropew tat-Taqsima TEN kellhom ukoll laqgħa mal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali fil-Belt Valletta.

Dwar is-sitwazzjoni tal-housing f’pajjiżna tkellem id-Deputat Segretarju Ġenerali tal-GWU Kevin Camilleri, li filwaqt li rrikonoxxa li saru ħafna żviluppi, hemm bżonn li l-investituri privati flimkien mal-Gvern jibdew jibnu b’mod divers (SMART), żviluppi aktar sostenibbli, b’inqas impronta biex jintużaw spazji aktar miftuħa u kreattivi fuq il-livelli ta’ isfel tal-binja biex jitgawda kemm mis-sidien tar-residenza u nies tal-madwar il-ħtieġa li l-postijiet ikunu adattati għad-domanda, b’postijiet b’kamra tas-sodda waħda fejn il-ħtieġa hija tali, u ma jibqgħux biss jinbnew djar b’żewġt u tlitt ikmamar tas-sodda meta domanda mhix meħtieġa kif ukoll jinbnew residenzi iżgħar bi ħtiġijiet essenzjali u komdi u li dan jgħin biex ir-residenza tkun aktar affordabbli.

“F’ekonomija li qed tattira ħafna ħaddiema barranin f’pajjiżna r-rata tal-kiri tal-postijiet  dejjem qed togħla. Fenomenu li qegħdin narawh fil-pajjiżi kollha Ewropej. Ma nistgħux ma ninnutawx wkoll li l-abbużi li qed jiżdiedu u dan qed jimpatta bil-kbir lill-familji Maltin li jixtiequ jidhlu fil-kera u l-faxxa ta nies l-aktar vulnerabbli. Hemm bżonn ta’ aktar politiki biex jitrażżan dan l-abbuż u jsir bilanc bejn il-provvista u domanda.  

“Din hi sitwazzjoni li qed taffettwa kemm lill-barranin f’pajjiżna kif ukoll lill-Maltin li jikru. Għalkemm f’pajjiżna għandna madwar 85% tan-nies li xtraw djarhom bħala investiment, hemm ohrajn  li ghal diversi ċirkostanzi ma jistawx jkunu sidien ta darhom u l-unika għażla hi dik li jidħlu fil-kera, iżda bil-prezzijiet li jintalbu qed isibuha diffiċli ħafna biex jagħmlu dan il-pass.

Żied jgħid li din l-inflazzjoni qawwija fil-prezzijiet tal-kirjiet ħafna qed jagħżlu li r-residenza tkun shared biex l-ispiża tinqasam u f’ħafna miċ-irkostanzi residenza ta’ tlitt ikmamar tas-sodda jabitaw fiha sitta jew tmienja minn nies li mbagħad, jibdlu l-post tal-kera fi ‘slum area’.

Dan iwassal għal nuqqas ta’ iġjene, problemi strutturali, problemi soċjali u fuq kollox mhijiex qed tiġi mħarsa d-dinjità ta’ dawn in-nies u dawk madwarhom”, temm jghid id-Deputat Segretarju Generali

Sport