Saturday, September 7, 2024

Is-Sibt li ġej se jkollna bidla fit-temp?

Aqra wkoll

Hekk kif il-ġranet tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena f’pajjiżna kellna temp sabiħ, min-nhar is-Sibt li ġej mistenni tibdil fit-temp.

Gordon Grech mis-sit Aġġornament tat-Temp jikteb li nhar is-Sibt, 6 ta’ Jannar firxa ta’ pressjoni baxxa se ġġib magħha temp instabbli b’temperatura ferm aktar xitwija. Qiegħed ikun imbassar riħ qawwi mill-Punent il-Lbiċ li jista’ jmiss il-qawwa ta’ rifnu, kif ukoll waranofsinhar nistennew ix-xita. It-temperatura l-ogħla se tkun 17°C filwaqt li l-inqas se tkun 12°C.

L-għada l-Ħadd ir-riħ mistenni li jdur lejn il-Punent Majjistru b’temperaturi aktar baxxi fejn l-ogħla mistennija tkun 16°C filwaqt li l-inqas mistennija tkun 11°C.

Intant, għada l-Ħamis it-temp mistenni jkun ftit imsaħħab b’riħ forza 4 għal 5 mill-Punent il-Lbiċ filwaqt li l-Ġimgħa se jkun ftit imsaħħab ukoll b’riħ forza 4. L-ogħla temperatura mistennija tmiss l-20°C li jfisser waħda għolja għal bħal daż-żmien tas-sena.

Ekonomija

Sport