Sunday, April 28, 2024

Is-Sibt li ġej tittella’ l-EuroPride Dance

Aqra wkoll

Nhar is-Sibt li ġej, quddiem il-Parlament, se tittella’ l-EuroPride Dance. Dan se jkun qiegħed isir bi tħejjija għall-EuroPride 2023 li se jsir ftit tal-ġimgħat oħra ġewwa pajjiżna, fejn il-Belt Valletta u l-bqija tal-gżejjer Maltin se jittrasformaw ruħhom f’qawsalla ta’ diversità.

Kulħadd huwa mistenni biex jattendi għall-attività ta’ nhar is-Sibt li ġej, fejn dawk preżenti jistgħu wkoll jiżfnu fost oħrajn mad-daqq tal-mużika ta’ Christina Aguilera, li se tkun qiegħda wkoll tagħti kunċert b’xejn fuq il-Fosos tal-Furjana nhar is-Sibt 16 ta’ Settembru bħala parti mill-EuroPride.

Sport