Sunday, May 12, 2024

Euro Under 19: Bidu mill-aktar pożittiv għall-Portugall

Aqra wkoll

Polonja……… 0

Portugall ……2

Il-Portugall bdew il-Euro U/19  fuq nota mill-aktar pożittiva meta, f’Tony Bezzina Stadium, għelbu lill-Polonja bl-iskor ta’ 2-0. 

Il-Portugiżi fetħu l-iskor wara biss erba’ minuti meta mill-free-kick ta’ Hugo Felix, kien Gabriel Bras li għola fuq kulħadd u b’daqqa ta’ ras stupenda xeħet il-ballun fix-xibka. 

Huma ddominaw għal ħafna ħinijiet u ma kienet l-ebda sorpriża li, fis-60 mi­nuta, huma rduppjaw b’xutt ta’ Hugo Felix minn pożiz­zjoni angolata bil-ballun jaħ­bat mal-wieqfa qabel daħal fix-xibka. 

Sport