Wednesday, April 24, 2024

Is-Siġġiewi b’rekord ġdid għall-akbar mixegħla artistika

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Kollox jinsab lest biex aktar tard illejla tittella’ l-attività Festa Għeneb fis-Siġġiewi. Attività kulturali li għandha l-għan li tkattar l-għarfien dwar l-għeneb u r-rabta tiegħu mar-raħal pittoresk tas-Siġġiewi.

Bħala parti mill-attivitajiet waqt Festa Għeneb, il-qalba ta’ dan ir-raħal se tkun imdawla b’mixegħla ta’ aktar minn 1,900 fjakkola. Din il-mixegħla qiegħda tiġi organizzata mill-Grupp tal-Armar 6 ta’ Diċembru b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi.

L-1,900 fjakkola ġew maħduma individwalment u ħadu mijiet ta’ sigħat ta’ xogħol bl-idejn, b’ħafna dedikazzjoni. Din se tkun l-akbar mixegħla b’disinn li ttellgħet fil-gżejjer Maltin u se tkun iċċertifikata mill-Malta Records.

Intant, fl-istess pjazza se jkunu qegħdin jittellgħu diversi esebizzjonijiet bħala parti minn Festa Għeneb, li jinkludu wirja ta’ karozzi klassiċi, xogħol ta’ artiġjanat, għana Maltija u anke mużika.

Sport