Monday, July 15, 2024

Is-Siġġiewi jilqa’ mill-ġdid l-istatwa titulari ta’ San Nikola

Aqra wkoll

Nhar il-Ħadd 23 ta’ Ġunju 2024, il-poplu tas-Siġġiewi laqa’ f’beltu b’entużjażmu kbir, l-istatwa titulari ta’ San Nikola wara li l-induratura tagħha ġiet imnaddfa u restawrata mill-indratur Horace Farrugia.

Din il-laqgħa storika bdiet bil-wasla tal-istatwa fil-bidu ta’ Triq Santa Margerita fejn l-Arċipriet tas-Siġġiewi Fr Josef Mifsud kixef l-istatwa u berikha. Imbagħad l-istatwa ddawret mat-toroq tas-Siġġiewi, akkumpanjata mill-Banda San Nikola u s-Siġġiewi Festival Brass Band. 90 persuna għażlu li jerfgħu din l-istatwa f’dan il-jum storiku.

Laqgħa simli kienet ingħatat lil din l-istatwa fl-1998, fi żmien il-mibki Arċipriet Mons. Richard Borg, meta kienet indurat u restawrata mill-ġdid.

Wara d-d-dawra mat-toroq tas-Siġġiewi, l-istatwa titulari ddaħħlet fil-knisja parrokkjali fejn nhar il-Ħadd 30 ta’ Ġunju tkun iċċelebrata l-festa ta’ San Nikola.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport