Friday, July 19, 2024

Jinżamm arrestat fuq akkużi li uża l-vjolenza waqt serqa f’San Ġiljan

Aqra wkoll

Somalu ta’ 29 sena baqa’ jinżamm arrestat wara li l-Ħadd filgħodu tressaq il-Qorti fejn ġie akkużat li uża l-vjolenza waqt serqa fuq raġel ieħor f’San Ġiljan.

Il-Prosekuzzjoni qalet li l-każ seħħ fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu tal-15 ta’ Ġunju li għadda fi Triq San Ġorġ f’Paceville. Ir-raġel fil-Qorti qal li bħalissa m’għandux xogħol u lanqas għandu indirizz fiss.

Fost l-akkużi r-raġel qiegħed jiffaċċja li kkaġuna ġrieħi gravi fuq il-vittma, li żammu kontra l-volontà tiegħu biex iwettaq serqa, u li kiser il-paċi pubblika.

Quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea, is-Somalu wieġeb mhux ħati tal-akkużi u baqa’ jinżamm arrestat.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport