Wednesday, May 15, 2024

“Is-sigriet biex għext ħajja twila huwa dieta bl-inqas ammont ta’ ħxejjex possibbli”

Aqra wkoll

Raġel li għandu iktar minn 100 sena

Denzil Cooper, anzjan li għadu kemm iċċelebra għeluq il-101 mit-twelid tiegħu, żvela li s-sigriet tiegħu għal ħajja twila huwa li qatt ma pejjep, kien kawt ħafna fl-ikkunsmar tal-alkoħol, imma għex ħajja “B’dieta mhux daqstant tajba għas-saħħa — bl-inqas ammont ta’ ħxejjex possibbli”. 

Huwa twieled fit-8 t’April tal-1922 f’Essex u wara t-Tieni Gwerra Dinjija żżewweġ lil Joan u flimkien saru ġenituri ta’ tlett ibniet. Denzil huwa nannu ta’ disa’ neputijiet u bużnannu ta’ 14.

Denzil huwa magħruf bħala veteran tat-Tieni Gwerra Dinjija; infatti huwa l-aħħar suldat minn reġiment ta’ 300 li kien jappartjeni fih. 

Illum il-ġurnata qed jgħix f’dar tal-anzjani bl-isem ‘Bishops Manor care home’ f’Sutton Coldfield.

Sport